Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa sar konfront televiżiv bejn il-kandidati għall-Viċi Presidenza Amerikana – Mike Pence, il-Gvernatur ta’ Indiana għar-Repubblikan Donald Trump u Tim Kaine, is-Senatur minn Virginia għad-Demokratika Hillary Clinton.
Dibattitu ta’ 90 minuta b’temi jvarjaw mill-abort għas-sitwazzjoni mar-Russja u ma naqasx kliem iebes fil-konfront tal-kandidati rispettivi li qed jikkontestaw il-Presidenza.
Id-dibattitu bejn Pence u Kaine, magħrufa bħala running mates, sar fil-Longwood University f’ Farmville f’Virginia 34 ġurnata qabel il-vot għas-suċessur tal-President Barack Obama.
Ħafna osservaturi huma tal-opinjoni li f’dan id-dibattitu kien Pence li mar l-aħjar, li jidher li rnexxa fit-tir tiegħu li jserraħ l-imħuħ dwar Trump.
//= $special ?>