Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jsostni li l-aħjar għażla għal futur sostenibbli talAir Malta hija li l-Gvern iħajjar investiment lokali biex il-kumpanija tkompli tissaħħaħ u ssir aktar kompetittivà, filwaqt li l-kontroll fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi tal-linja tal-ajru jibqgħu jsiru minn min għandu l-interess ekonomiku ta’ pajjiżna għal qalbu.
Dan qalu x-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech meta, flimkien mal-Kelliem għal-Investimenti tal-Gvern u l-Amministrazzjoni Pubblika Ċensu Galea u l-Kelliem għat-Turiżmu Antoine Borg, kien qiegħed jindirizza konferenza tal-ahbarijiet dwar aktar proposti mill-Partit Nazzjonalista dwar l-Air Malta.
Wara li fil-ġimgħat li għaddew il-Partit Nazzjonalista ressaq qafas ta’ proposti dwar il-futur tal-Air Malta, illum ingħataw aktar dettalji dwar kif jista’ jiddaħħal aktar investiment fil-kumpanija. Fl-isfond ta’ dak li stqarr ftit tal-ġimgħat ilu ċ-Chairman tal-Alitalia, li qal li l-Alitalia ma kenetx se tinvesti lanqas ewro wieħed fl-Air Malta, il-Partit Nazzjonalista llum ressaq erba’ prinċipji li fuqhom qiegħed jiġi propost mudell rivedut ta’ investiment u shareholding fil-linja nazzjonali tal-ajru:
1. L-Air Malta għandha tkompli l-ħidma biex jinstab sieħeb strateġiku iżda mhux neċessarjament permezz ta’ trasferiment ta’ ishma u deċiżjonijiet strateġiċi, bl-enfażi tas-sħubija jkunu t-tnaqqis fl-ispiża tal-flotta, it-tisħiħ tar-rotot, aċċess għal aktar servizzi ta’ manutenzjoni u ħiliet tekniċi, integrazzjoni ta’ sistemi tal-IT u backoffice u xiri aktar vantaġġjuż kemm ta’ fuel kif ukoll ta’ materjal ieħor.
2. Wara li l-Gvern jieħu fuqu dawk li huma definiti bħala Past Liabilities, il-Gvern għandu jdaħħal qafas ġdid ta’ shareholding fuq tliet fażijiet:
a. L-ewwel fażi tkun investiment minn istituzzjonijiet u ażjendi privati lokali, li jsir bi proċess trasparenti u li ma jippermettix lil ebda azzjonist privat li jkollu aktar minn 10% tal-ishma talkumpanija. Min jinvesti jkollu obbligu ta’ lock-in ta’ perjodu sostanzjali sabiex tiġi evitata spekulazzjoni bl-ishma, b’eċċezzjoni għal parteċipazzjoni fit-tielet fażi tal-investiment. b. It-tieni fażi tkun ħruġ ta’ share options lill-ħaddiema tal-Air Malta li jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fil-kumpanija. c. It-tielet fażi (li tidħol fis-seħħ wara perjodu ta’ bejn sentejn u tliet snin) tkun bejgħ tal-ishma lill-pubblika skont il-Listing Rules tal-MFSA.
3. L-Air Malta għandha taħdem biex ladarba jkollha l-bażi kapitali f’postha tkun tista’ tikseb finanzjament mis-swieq lokali u/jew internazzjonali biex tkun tista’ tagħmel investiment fl-effiċjenza, ilkwalità tas-servizz, l-infrastruttura teknoloġika u l-pożizzjoni fis-suq tal-Air Malta.
4. Is-soluzzjoni li tinstab għandha tkun waħda dejjiema u li kull sieħeb iħossu parti minnha. Għalhekk jekk ikun hemm qbil fuq mudell aċċettabbli, l-Oppożizzjoni temmen li fl-iqsar żmien possibbli dan għandu jiġi formalment aċċettat miż-żewġ naħat biex b’hekk min qiegħed jintalab li jinvesti fil-kumpanija jkollu viżibbilità fit-tul u garanzija ta’ stabbilità.
L-Air Malta għandha valur strateġiku u ekonomiku kbir wisq għal pajjiżna biex ma nagħmlux dan l-isforz kollettiv, u għaldaqstant nemmnu li b’din lgħażla se nkunu nistgħu nkomplu niġbdu ħabel wieħed biex narawha tissaħħaħ, tikber u tirnexxi, temm jgħid Claudio Grech.
Minn naħa tiegħu, Antoine Borg enfażizza l-ħtieġa li t-triq ‘il quddiem tal-Air Malta tkun waħda tassew sostenibbli b’direzzjoni li ma tħarisx lejn l-Air Malta bħala entità kummerċjali għaliha, iżda f’kuntest usa li jirrifletti r-rwol li l-Air Malta kellha u għad għandha fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’pajjiżna, partikolarment, anke jekk mhux biss, it-turiżmu.
Minbarra l-fatt li kważi nofs it-turisti jinġarru lejn pajjiżna bl-Air Malta, hu semma kif hemm setturi speċifiċi li jeħtieġu kollaborazzjoni diretta malmanagement u l-amministrazzjoni tal-linja tal-ajru fiċ-chartering, assigurazzjoni ta’ seat capacity minn source markets speċifiċi, u saħansitra ppjanar ta’ ġranet u ħinijiet ta’ titjiriet. Eżempju ċar hu l-iskejjel li jorganizzaw korsijiet fil-lingwi għal studenti barranin li jkunu jeħtieġu titjiriet fi ġranet partikolari fil-bidu tal-ġimgħa li jikkumplimentaw il-loġistika u liskedi tal-korsijiet li huma jagħtu. Eżempji oħra huma l-lukandi u l-aġenti li jitkellmu direttament mal-Air Malta biex jassiguraw l-aħjar possibilitajiet għal pajjiżna. Antoine Borg staqsa x’garanzija tista’ tingħata lill-industrija jekk il-futur tal-Air Malta ma jkunx sostenibbli jew ikun f’idejn interessi li ma jpoġġux l-ewwel lill-pajjiżna.
Ċensu Galea rrefera għall-fatt li l-ħaddiema jinsabu għaddejjin minn pressjoni qawwija minħabba l-inċertezza li għaddejjin minnha. Hu qal li lGvern għandu jkun ċar bil-pjanijiet tiegħu biex iserraħ ras il-ħaddiema talAir Malta darba għal dejjem. Hu enfażizza l-fatt li r-riżorsi li għandha l-linja nazzjonali tal-ajru, b’talenti kbar, m’għandhomx jiġu mormija, iżda għandu jsir investiment fihom.
//= $special ?>