Kultura Lokali

L-FAA titlob lill-Awtorita’ tal-Ippjanar biex twaqqaf it-twaqqigħ ta’ żewġ residenzi tradizzjonali fiż-Żebbuġ Għawdex

FAA toġġezzjona bil-qawwa għal applikazzjoni sottomessa lill-Awtorità l-Ippjanar, li titlob it-twaqqigħ sħiħ ta’ żewġ residenzi tradizzjonali fil-qalba tar-raħal taż-Żebbuġ, Għawdex, biex jiġu sostitwiti bil-bini ta’ lukanda ġdida. FAA ssostni li dawn il-proprjetajiet jservu huma imprezzabbli fit-tradizzjoni tal-bini tagħna, u għandhom jiġu protetti akkost ta’ kollox.

FAA tħeġġeġ lill-Awtorità li tilqa’ linji gwida għall-iżvilupp tal-gżira kif stipulat permezz tal-Pjan Strateġiku dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) billi tipproteġi l-wirt mibni kulturali tagħna kontra t-twaqqigħ mhux ġustifikat. Barra minn l-Awtrota’ tal-Ippjanar għandha tiżgura li l-għan fundamentali tal-iSped ta’ żvilupp sostenibbli hija milqugħa.

Twaqqigħ ta’ bini tradizzjonali hija prattika insostenibbli, speċjalment minħabba l-iskarsezza tal-ġebel lokali tagħna u ma jistgħu fl-ebda interpretazzjoni raġonevoli tkun ikkunsidrata bħala pro-ambjentali.

FAA jistieden lill-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jerġa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu, wara li tkun tat lill-barka tagħha għal din l-applikazzjoni distruttiva, minkejja ż-żewġ proprjetajiet diġà huma rikonoxxuti mill-awtorità li qed jipprovdu kontribut imprezzabbli għall-karattru ta’ dan ir-raħal uniku.

Flimkien għal Ambjent Aħjar qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jingħaqad magħha b’vuċi waħda biex il-patrimonju Malti jiġi mħares kif suppost.