Lokali

L-istudenti tal-arkitettura jerġgħu jirbħu l-battalja tradizzjonali bl-ilma

Għal sena oħra, l-istudenti tal-arkitettura rebħu l-battalja tradizzjonali bl-ilma li ssir ta’ kull sena bejn l-istudenti tal-liġi u l-istudenti tal-arkitettura tal-Università.

Parti mill-campus tal-Università filfatt ħa xejra differenti, hekk kif l-istudenti tal-liġi lebsin l-abjad, u l-istudenti tal-arkitettura lebsin l-iswed, iġġieldu bl-ilma fis-sħana ta’ waranofsinhar.

Il-‘waterfight’ tradizzjonali ssir kull sena, u għal dawn l-aħħar snin intrebħet mill-istudenti tal-arkitettura. Madanakollu, din is-sena, l-istudenti tal-liġi pprovdew sfida aktar mis-soltu, hekk kif il-ġlieda damet għaddejja għal nofs siegħa sħiħa.
Bħala parti mill-attività nġabru flus għall-fondazzjoni Richmond.

(Ritratt: Arkivji)