Għat-tieni ġurnata infila t-terminus tal-linja f’Ħad-Dingli kien karatterizzat minn folla nies jistennew tal-linja li qatt ma ġiet.
Suppost Ħad-Dingli hu moqdi mir-rotot 52, 56, 181 u 201 li jfisser tal-linja kull gġaxar minuti.
Iżda dalgħodu persuni li tkellmu ma’ netnews.com.mt qalulna li ma għaddietx karozza waħda għal siegha u nofs, bejn it-8.30 u l-10.00 bil-konsegwenza li nġemgħet folla ta’ kważi 40 persuna.
Dan minbarra li ħafna ddejqu jistennew u għażlu trasport iehor waqt li studenti u anzjani li kienu se jaslu tard għal-lectures jew appuntamenti rritornaw lura d-dar.
Dawk li baqgħu jistennew rikbu fuq tal-linja ppakkjata bin-nies, inkluż bil-wieqfa, u rnexxielhom jaslu sal-belt kważi sagħtejn u nofs wara li ħarġu mid-dar, meta l-istess vjaġġ is-soltu jdum tliet kwarti.
Il-kriżi fit-toroq Maltin qed twassal ukoll biex xufiera tal-linja jitilfu l-ħin tal-brejk tagħhom jew inkella jkomplu l-vjaġġi tard meta suppost ikunu spiċċaw mix-xogħol.