L-Għaqdiet ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar, il-Friends of the Earth Malta u r-Ramblers Association Malta ppreżentaw appell konġunt kontra żvilupp kontroversjali għoli tal-Imrieħel.
It-tliet għaqdiet ambjentali kkonfermaw l-oġġezzjoni tagħhom li l-Imrieħel kien inkluż fiż-żona li fiha jista’ jsir bini għoli wara li ntemmet il-konsultazzjoni pubblika.
Dan wassal biex il-pubbliku kien miċħud mid-dritt ta’ konsultazzjoni adegwata u rappreżentazzjoni fuq proġett massiċċ tal-kostruzzjoni li se jkollu effett negattiv rriversibbli fuq l-ambjent ġenerali.
L-għaqdiet ambjentali sostnew li dawn it-torrijiet se jeffettwaw il-veduti storiċi tal-Belt u tal-Imdina u se jkissru l-livell tal-bini eżistenti.
Huma qalu li l-effett viżiv tat-torrijiet kien analizzat skorettament mill-Awtorita tal-Ippjanar minħabba rapprezentazzjnijiet viżivi inadegwati ppreżentati mill-applikant.
L-għaqdiet ambjentali sostnew li huma mhux se jaċċettaw li jkompli jkun hemm ksur tad-drittijiet pubbliċi fundamentali waqt li ħaddieħor japprofitta mit-tkissir tan-natura u l-ambjent.
//= $special ?>

