Lokali

Anke l-eks President tal-PL jagħmel share tal-istorja tal-Prim Ministru li ħarab mill-ġurnalisti

Wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat, għal darbtejn f’24 siegħa, ħarab mill-ġurnalisti, anke l-eks President tal-Partit Laburista spiċċa jixxerja l-artikli ta’ din l-istorja fuq Facebook.

Stefan Zrinzo Azzopardi fil-fatt għamel share ta’ artiklu ta’ The Times of Malta bit-titlu: “Prime Minister uses emergency exit, avoids media.”

Kif jixhed it-titlu, f’dan l-artiklu kien hemm biss l-istorja dwar il-Prim Minsitru li għażel li jgħaddi minn bieb moħbi wara l-purtieri fl-Aula Magna tal-Università l-Antika.

Dan biex jevita lill-ġurnalisti li kienu fuq barra, biex bħalma jsir dejjem jagħmlulu numru ta’ mistoqsijiet. Iżda jidher li wara pressjoni li saritlu, Stefan Zrinzo Azzopardi ma kellux triq oħra ħlief li jneħħi x-share li għamel.

Stefan Zrinzo Azzopardi llum-il ġurnata hu ċ-Chairman tal-Kumitat responsabbli mir-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Fil-passat hu okkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, u riċentament kien ukoll wieħed mill-kontestanti għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Madankollu hu kien l-inqas wieħed li ġab voti f’din l-elezzjoni.