Żewġ bombers Russi, magħrufa bħala TU-160 ‘Blackjack’ ħolqu paniku tul il-kosta Ewropea hekk kif ittajru tul l-ispazju tal-ajru ta’ erba’ pajjiżi Ewropej.
L-ajurplani Russi għamlu vjaġġ min-Norveġja lejn Spanja u lura u kienu interċettati minn ajruplani Norveġiżi, Ingliżi, Franċiżi u Spanjoli.
Il-każ seħħ fit-22 ta’ Settembru imma sar magħruf issa permezz ta’ stqarrija tal-Ministeru tad-Difiża Franċiż.
Ma jirriżultax li waqt dan l-inċident, l-ajruplani Russi daħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ xi pajjiż.
Iżda l-Iżlanda dakinhar kienet ilmentat mar-Russja li dawn il-bombers kienu taru viċin ħafna ta’ ajruplani tal-passiġġieri. Skont il-Gvern ta’ Reykjavik, l-ajruplani Russi taru madwar 2,000 metru minn ajruplan tal-passiġġieri fuq vjaġġ bejn Reykjavik lejn Stokkolma.
Tul din l-aħħar sena kien hemm diversi inċidenti fejn ajruplani ta’ pajjiżi tan-NATO interċettaw ajruplani Russi li kienu qorbu wisq lejn l-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi kkonċernati.
Bombers Russi joħolqu paniku tul il-kosta Ewropea
