Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa kien ivvutat bħala l-aktar Membru Malti influwenti fil-Parlament Ewropew. Hu ngħata din il-kariga minn VoteWatch.eu, li ssegwi l-attendenzi u l-voti tal-Membri Parlamentari Ewropej fil-Plenarja u l-Kumitati li jipparteċipaw fihom.
Is-sit elettroniku nnota kif matul it-12-il sena li ilu fil-Parlament Ewropew, David Casa pparteċipa u mexxa numru ta’ Kumitati. Fost oħrajn, fil-preżent hu l-Kordinatur Politiku f’isem il-Partit Popolari Ewropew (PPE) fil-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Hu pprepara wkoll ir-rapport dwar is-sistema komuni tal-VAT.
David Casa mhuwiex l-uniku MEP tal-Partit Nazzjonalista fl-ewwel tliet postijiet ta’ dan l-unur. Dan hekk kif il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola rebħet it-tielet post. Min-naħa tagħha, Metsola bħalissa qed isservi wkoll bħala l-Viċi Chairperson tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew.
It-tieni post fost il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin intrebaħ mill-MEP tal-Partit Laburista Miriam Dalli.
//= $special ?>