Internazzjonali

Florida u South Carolina jlestu għall-Uragan Matthew

epa05572088 Maria Torres, National Hurricane Center's Meteorologist, shows Hurricane Matthew's on the radar screen at the National Hurricane Center in Miami, Florida, USA, 05 October 2016. Matthew has crossed over parts of Haiti and Cuba and is expected to move up the east coast of the United States. EPA/CRISTOBAL HERRERA

L-awtoritajiet fi Florida wissew li l-effetti tal-Uragan Matthew għall-Istat ta’ Florida u South Carolina jistgħu jkunu katastrofiċi, u ħarġu direttivi għall-evakwazzjoni ta’ residenti mill-artijiet tal-kosta.
L-Urugan Matthew, li qed jiġġenera rwiefen ta’ aktar minn 200 kilometru fis-siegħa, kien mistenni jżid fis-saħħa hu u javvanza lejn Florida.
Il-maltemp kien mistenni jolqot lill-Istat Amerikan fuq livell ‘ta’ Kategorija Erba’ u meta, fl-aħħar sigħat, għadda tul ir-reġjun tal-Karibew, bl-agħar ħerba tirriżulta fil-Haiti, fejn mietu ‘il fuq minn għoxrin persuna, b’eluf jispiċċaw refuġjati. B’konsegwenza tal-maltemp, l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Haiti kellha tkun posposta, bl-elementi anki jiswew il-ħajja ta’, almenu, erba’ persuni fir-Repubblika Dominikana.
Il-Gvernatur ta’ Florida wissa biex ‘kull resident fl-Istat iħejji għall-impatt dirett tal-urugan’ . Hu ħeġġeġ ukoll biex kulħadd jibqa’ ippreparat u fuq allert meta sitwazzjoni bħal din ‘tiftaħ għal katastrofi’.
Maż-żewġ miljuni kienu mħeġġa li jevakwaw tul iz-zoni tal-kosta ta’ Florida, Georgia u South Carolina. L-Istat ta’ North Carolina ukoll jista’ jispiċċa affettwat, ‘il quddiem, waqt li l-maltemp ta’ ‘Andrew’ javvanza lejn it-Tramuntana tal-Istati Uniti.