Internazzjonali

Forza ġdida għall-fruntieri Ewropei

epa05572755 Police officers of European Border and Coast Guard stand on duty in Kapitan Andreevo Check Point , on the borders of Bulgaria with Turkey, 06 October 2016. The new European Border and Coast Guard Agency started its operation along the Bulgarian-Turkish border at Kapitan Andreevo checkpint, the biggest border crossing from EU member state Bulgaria to Turkey. Built on Frontex, the new Agency will ensure stronger shared management of the EU's external borders. European Commission President Jean-Claude Juncker called, in his state of the union speech to the European Parliament, on member states to deploy extra border guards and 50 vehicles to Bulgaria by October. EPA/VASSIL DONEV

Daħlet fis-seħħ il-‘verżjoni msaħħa’ tal-qawwa li tħares il-fruntieri tal-UE, meta l-Ewropa qed tipprova ssib strateġija magħquda biex tieħu ħsieb l-agħar kriżi tal-immigranti minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
Uffiċjali tal-UE kellhom jinawguraw it-task force ġdid fl-inħawi taċ-checkpoint ta’ Kapitan Andreevo, mal-fruntiera bejn il-Bulgarija u t-Turkija. Dan hu l-punt ta’ aċċess ewlieni li l-immigranti qed jużaw fit-tentattivi tagħhom biex jidħlu f’territorji tal-UE mingħajr ma jissugraw ħajjithom bil-vjaġġi mill-Mediterran.
Il-European Border and Coast Guard Agency (EBCG) se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha xi 1,500 uffiċjal minn 19-il stati membri li jistgħu jkunu mobilizzati malajr, f’każi ta’ emerġenza – u fuq kollox f’sitwazzjonijiet fejn iseħħ xi influss f’daqqa ta’ immigranti.
L-aġenzija Frontex, ibbażata f’Varsavja fil-Polonja, is-sena l-oħra kienet inqabdet fuq sieq waħda fil-konfront tal-mijiet tal-eluf tan-nies li vvjaġġaw mill-Greċja, u tul l-hekk imsejħa rotta fil-Punent tal-Balkani, lejn l-Ewropa ta’ Fuq.
Minħabba l-limitazzjonijiet għall-poteri u l-istaff, il-Frontex ma setgħetx issegwi ronda effettiva tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari l-fruntieri tal-Greċja u l-Italja li jinsabu ‘fl-eqqel taz-zona tal-kriżi’ u li huma mira partikulari għall-immigranti li jridu jidħlu fl-Ewropa.