Raġel ta’ 52 sena minn Ta’ Sannat, kien ikkundannat sentejn ħabs li ġew sospiżi għal erba snin wara li nstab ħati mill-Qorti li ta n-nar lil karozza tal-eks sieħba tiegħu, ħmistax biss wara li ntemmet ir-relazzjoni tagħhom li damet għaddejja 11-il sena. Ir-raġel kien ordnat iħallas lil Said is-somma ta’ €4,600.
Natal Fava wieġeb mhux ħati li ta n-nar lill-karozza ta’ Nadia Said nhar il-11 ta’ Settembru tal-2010, fix-Xlendi.
Fil-Qorti ħareġ kif Said kienet mal-ħbieb tagħha f’nightclub fix-Xlendi. Għall-ħabta tat-3.00 a.m. hija kienet sejra lejn id-dar bil-karozza, filwaqt li erbat iħbieb tagħha kienu qed isegwuha f’karozza oħra.
Hekk kif hija kienet qed issuq fil-Wied tal-Munxar, Said kellha twaqqaf il-karozza tagħha minħabba l-fatt li tyre minnhom kien beda jinżel. Il-ħbieb tagħha qalulha li raw l-BMW tal-akkużat fil-viċinanzi.
Dak il-ħin, Said beżgħet u ddeċidiet li taqfel il-karozza tagħha u tħalliha hemm hekk għal-lejl. Hija għamlet rapport u telqet lejn id-dar.
Ftit tal-minuti wara, il-Pulizija ċemplu lil Said u informawha li l-karozza tagħha kienet ħadet in-nar. B’konsegwenza ta’ dan in-nar, il-karozza tagħha inqerdet kompletament.
X’ħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ħadet inkonsiderazzjoni x’qalu l-esperti tal-Qorti. L-esperti sostnew li n-nar beda min-naħa tal-passiġġiera u min kien wara l-każ kellu t-tieni ċavetta. L-akkużat stess ammetta li kellu t-tieni ċavetta.
//= $special ?>