Internazzjonali

Immigranti jmutu fgati maqfula f’dgħajsa

RITRATT MILL-ARKIVJI

Tal-anqas 20 immigrant mietu fgati wara li kienu miżmumin ġewwa dgħajsa mingħajr aċċess għall-arja waqt vjaġġ mil-Libja lejn l-Ewropa.
Skont xhieda li telgħu abbord il-lanċa hekk kif kienet interċettata, abbord kien hemm aktar minn 1,000 persuna.
Uffiċjali Taljani qalu wkoll li tliet nisa li kienu salvati welldu abbord il-vapuri tal-Gwardja tal-Kosta Taljani ftit wara li kienu salvati u t-trabi kollha jinsabu tajbin.
Il-vittmi kienu fost 28 immigrant li tilfu ħajjithom bejn it-Tlieta u l-Erbgħa f’ibħra bejn il-Libja u Sqallija, filwaqt li 4,655 persuna oħra kienu salvati. Xi ġurnalisti li telgħu abbord qalu li kien hemm partijiet oħra tad-dgħajsa li kien diffiċli li wieħed jidħol fihom u jidher li kien hemm aktar katavri.
Dan hekk kif din il-ġimgħa, aktar minn 10,000 immigrant iddaħħlu l-Italja fl-istess ħin li fosthom instabu 50 katavru.
Minħabba t-temp bnazzi li qed jagħmel bħalissa, kien hemm żieda fil-vjaġġi tal-immigranti mil-Libja.
It-Tnejn, 6,055 immigrant kienu salvati – waħda mill-akbar ċifri għal ġurnata – u 22 persuna oħra nstabu mejta . F’każ wieħed biss, vapur salva 725 immigrant li kienu abbord dinghy hekk kif matul il-ġurnata kien hemm aktar minn 20 intervnet ta’ salvataġġ fil-Mediterran.
Skont l-International Organisation for Migration, l-immigranti li waslu l-Italja din is-sena telgħu għal 142,000 persuna u l-imwiet għal 3,100 persuna