Lokali

L-Awtorità tal-Mediċina tingħata direzzjoni biex tagħti preċedenza lill-liġi Maltija

Il-Kumitat għal-Affraijiet Soċjali, tal-Familja u tas-Saħħa qabel li għandha tkun l-Awtorità tal-mediċini li jkollha r-responsabbilta finali u d-deċiżjonijiet dwar il-kontraċezzjoni t’emerġenza.

Din id-deċiżjoni l-Kumitat ħadha waqt seduta li saret ilbieraħ filgħaxija. Fi tmiem is-seduta l-Kumitat qabel fuq 10 punti li jinkludu li l-Awtorita tal-Mediċini għandha linji gwidi fil-liġi Maltija u li għandha proċedura deċentralizzata li trid tuża bħala l-ewwel liġi li għandha tikkunsidra.

Il-Kumitat qabel ukoll li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tanalizza kull applikazzjoni għal prodotti mediċinali li tiġi quddiemha, li l-liġijiet ikunu osservati mnn kulħadd u li għalhekk kull deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed skont il-liġijiet tal-pajjiż, li l-Awtorità toħroġ il-liċenzjar tal-prodott jekk il-prodott ma jkunx abortiv, li fejn jirriżulta li hemm dubji serji l-liċenzjar isir wara li jsiru iktar studji tekniċi legali u etiċi u li l-pazjenti li jużaw kontraċezzjoni ta’ emerġenza għandhom dritt jieħdu d-deċiżjoni li tħarsilhom saħħithom. Il-Kumitat qabel ukoll li t-tobba jkunu ħielsa meta jiġu biex jiddeċiedu dwar kontraċezzjoni ta’ emerġenza u li l-Kumitat jaqbel li l-mediċini jingħataw bir-riċetta tat-tabb sakemm ma jiġix deċiż mod ieġor minnu.

Fil-Kumitat il-Ministru Chris Fearne qal li l-Kumitat wasal f’konklużjoni li hemm metodi differenti ta’ morning after pill u li jista’ jkun hemm modi differenti kif dawn jaħdmu. Iżda hemm qbil li l-Levonelle taħdem bħala kontraċettiv u li m’għandix effetti ta’ abort. Hu sostna li hemm bżonn issir distinzjoni bejn pilloli li hemm id-dibattitu dwarhom u oħrajn li m’hemmx. Għalhekk il-Levonelle għandu jingħata liċenzja biex ikun importat f’Malta għax jidher li hemm qbil dwaru.

Il-Ministru Fearne kompla li il-pilloli li m’humiex abortivi għandhom jinkisbu wkoll mingħand spiżjar liċenzjat iżda fejn hemm pilloli dibattitli li jistgħu jiddaħħlu ‘l quddiem għandhom ikunu preskritti mit-tabib.

Il-Whip Laburista Godfrey Farrugia qal li hu qed iħares lejn dan is-suġġett lil hinn mill-politika u mir-reliġjon u ddikjara li hu dejjem emmen li l-bidu tal-ħajja hu mal-konċpitament.
Hu spjega li l-UE tħalli lill-parlamenti nazzjonali biex jddeċiedu huma dwar dawn is-setturi. Id-deputat Laburista tkellem dwar il-mediċina ELA1 fejn id-deputat Nazzjonalista Michael Gonzi qal li mir-rċerka li għamel fl-2016 jirriżulta li m’hemmx prova li din hi pillola abortiva għalkemm għad hemm dubju.

Godfrey Farrugia qal li r-riċerka turi wkoll li l-ELA1 tista’ tkun abortiva. Hu sostna li t-tobba għandhom dejjem iħarsu s-saħħa tal-pazjenti għaliex jista’ jkun hemm kwistjoni ta’ mard infettiv u jrid jagħmel ippjanar fit-tul biex itiha kontraċettiv meta jkollha relazzjoni intim.
Id-deputat Laburista qal li l-Plan B jista’ jippreveni milli jsir l-ovulazzjoni iżda jekk it-test juri li l-ovulazzjoni saret hu bħala tabib ma jiktibx il-preskrizzjoni. Dak it-tabib li jikteb morning after pill wara li tkun saret l-ovulazzjoni jista’ jkun imfittex. Dan għandu jkun ċar għall-professjoni medika.

Il-kelliem tal-PN Clyde Puli ippropona li l-kumitat parlamentari jagħti direzzjoni ċara lilll-Awtorità Nazzjonali għall-Mediċini biex fl-illiċenzjar tal-Morning After Pill tiġi applikata l-proċedura iddeċentralizzata u tiġi segwita primarjament l-liġi Maltija li tgħid ċar li l-ħajja tibda mill-konċepiment. Għalhekk pilloli ta’ kontraċezzjoni mhux abortivi għandhom jiġu lliċenzjati bla problema imma oħrajn li huma abortivi skont il-liġi Maltija le.

Il-Kumitat Parlamentari qabel li jaddotta l-proposta tal-kelliem tal-PN b’mod unanimu u allura ta direzzjoni ċara lill-awtorita tal-mediċini li timxi primarjament mal-liġi Maltija u mhux taċċetta għad-danni tal-istess liġi interpretazzjonijiet oħra ta’ ġurisdizzjonijiet oħra.

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-kumitat parlamentari m’għandux kompetenza li jilliċenzja l mediċini partikolari iżda għandu l-obbligu li jistabillixi prinċipji u parametri li fuqhom tiddeċiedi l-Awtorità tal-Mediċina biex tillicenzja.

Hu qal l-parlament u l ligi Maltija jemmnu fid-dritt tal-ħajja iżda jemmen ukoll fid-dritt tal-mara li tippjana ħajjitha. Hu zied li diġà hu stbabilit b’liġi meta u fejn tibda l-ħajja u għalhekk l-parlament għandu jgħid lill-Awtorità li l-prinċipji huma ċari u għalhekk għandha timxi ma dawk il-liġijiet u fejn jirrizultala dubju għandu jkun involut ghall konsultazzjoni il-Kunsill Nazzjonali tal-Bioetika u esperti xjentifici, medici, legali u etici ohra.

Id-deputat Laburista Deo Debattista qal li m’għandhiex tinħoloq awtorità jew kumitat ieħor għaliex iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet. Hu qal li l-ewwel skop għandu jkun li tkun protetta l-ħajja. Hu enfażizza l-importanza tal-parir mediku. Il-kumitat għandu l-obbligu li jipproteġi l-ħajja inkluż l-omm.

Il-Ministru Fearne qal li d-dibattitu qed jikkonċentra dwar jekk il-mediċina inovluta tkun approvata mill-awtoritajiet mediċi. Biex dan isir bilfors irid ikun hemm analiżi dwar il-mediċini.
Id-deputat Laburista Godfrey Farrugia qal li se itbda diskussjoni jkun suġġerit li l-eta għal ċertu testijiet mediċi jinżel għall-età bejn it-13 u s-16-il sena. Hu qal li l-UN waqgħet għaż-żufjett meta qalet li l-ħajja tibda fl-implimentazzjoni għaliex kull embroloġist jgħid li l-ħajja tibda mal-conception.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar kkummenta li kulħadd jinsab taħt l-istess umbrella u għalhekk il-liġijiet għandhom ikunu rispettati biex dak li hu abortiv ikun dikjarta illegali.

Id-deputat Nazzjonalista Michael Gonzi sostna li kien hemm nuqqas ta’ qbil fid-diskussjoni u sostna li r-riċerki ta’ Godfrey Farrugia huma tal-2010 u għalhekk jistgħu jkunu sfidati. Hu staqsa għaliex qed ikun propost li l-Levonelle ikun l-ewwel prijorità u kkummenta li minħabba li m’hemmx qbil, il-każ imur quddiem l-Awtorità tal-Mediċini li għandha tidħol ukoll fuq il-kwistjoni etika. Hu ferm diffiċli li l-politiċi jieħdu deċiżjonijiet. Għandha tkun l-Awtorrità tal-Mediċina li għandha terfa’ r-tesponsabbiltà.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li hemm opinjonijiet differenti u għalhekk il-parlament għandu jingħata attenzjoni dwar x’ikun liċenzjat. Wara kollox il-liċenzja se tingħata mill-Awtorità tal-Mediċini u għalhekk għandha tkun hi li terfa’ r-responsabbiltà. M’hix responsabbiltà tal-parlament li jilliċenzja iżda tal-awtoritajiet kompetenti. Għandhom ikunu l-esperti li jkunu responsabbli u mhux l-ideat personali tal-politiċi.

Id-deputta Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici sosniet li l-Awtorità tal-Mediċini li hi responsabbli u għalhekk għandu jkun hemm qbil li l-parlament m’għandux il-poter li jiddetermina applikazzjoni għal prodott mediċinali jew li jiċħad il-liċenzja għall-prodott; li tkun l-Awtorità li tanalizza l-applikazzjonijiet, li kulħadd josserva l-liġijiet, kull deċiżjoni tal-Awtorita tal-Mediċini għandha tittieħed skont il-liġijiet u li l-Awtorità tal-Mediċini tilliċenzja l-prodotti wara li jkunu saru l-istudji etiċi u li l-Awtorità toħroġ il-liċenzja tal-prodotti jekk jirriżulta li dawn m’humiex abortivi.

Din hi t-triq ‘il quddiem li fiha l-parlament jiddikjara li hu kontra l-abort, li hu favur il-ħajja sa mill-konċempiment u li l-mara jkollha d-dritt li tippjana ħajjitha.
Il-Ministru tas-Saħħa qal li l-gvern m’għandu l-ebda diffikultà li jimxi skont il-parir tal-entitajiet responsabbli.