Internazzjonali

Ir-Russja żżid ir-ronda għall-bombers fil-Paċifiku….u qrib il-bażijiet tal-Amerikani

Ir-Russja għadha kemm waqqfet fergħa speċifika għall-qawwiet tal-ajru strateġiċi fiz-zona tal-Lvant Imbiegħed – b’dawn il-qawwiet se jibdew jagħmlu r-ronda tul ħafna mir-reġjun tal-Paċifiku fejn il-militar tal-Istati Uniti hu attiv ħafna.

Il-gazzetta Russa Izvestia irrappurtat li l-bombers tat-tipTupolev Tu-22M3 u Tu-95MS se jtiru mis-Siberja lejn inħawi mbiegħdin bħall-Hawaii, Guam u l-Ġappun – fejn hemm numru ta’ bażijiet navali u tal-ajru Amerikani.

Dan meta r-Russja bagħtet diġà ajruplani Tu-22M3 biex jibbumbardjaw miri tar-ribelli fis-Sirja, bl-ajruplani Tu-95MS ta spiss qed jagħmlu r-ronda f’zoni qrib l-Ewropa tal-Punent.

In-NATO kkritikat dawn it-titjiriet tar-Russja, bil-qawwiet tal-ajru tal-Alleanza tal-Punent u l-RAF Britannika kemm il-darba jitilgħu biex isegwu l-movimenti tal-bombers Russi fuq il-Baħar tat-Tramuntana kif ukoll fuq l-Oċean Atlantiku.