Internazzjonali

MEP tal-UKIP gravi wara ġlieda fil-Parlament Ewropew

epa05572782 (FILE) A file picture dated 26 September 2014 of United Kingdom Independence Party (UKIP) MEP Steven Woolfe during the UKIP annual party conference at Doncaster racecourse in Doncaster, Britain. According to news reports on 06 October 2016 citing UKIP interim leader Nigel Farage, Woolfe was admitted to a Strasbourg hospital after an 'altercation' and was in a serious condition after collapsing during a meeting of UKIP MEPs. EPA/LINDSEY PARNABY

Steven Woolfe, Membru Parlamentari Ewropew tal-UKIP, il-partit Ingliż li kien l-ixprun wara l-Brexit, jinsab f’kundizzjoni gravi l-isptar. Dan wara li li nqala’ xi ġlied bejnu u Membri Parlamentari oħra tal-UKIP fil-Parlament ta’ Strasburgu.
Woolfe kien meqjus bħala favorit biex jilħaq kap tal-partit wara li nhar l-Erbgħa rriżenjat ħesrem mill-kariga Diane James. Dan wara li kienet ilha biss 18-il ġurnata fil-kariga. Hi kienet eletta fil-kariga wara li rriżenja mit-tmexxija tal-UKIP Nigel Farage li issa reġa’ spiċċa temporanjament kap tal-UKIP.