Lokali

L-Editorjal tat-Times: Proposti konkreti li se jgħollu l-livell tal-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin

Dak li trid il-maġġornaza tal-poplu Malti u Għawdxi hu Gvern bi tmexxija nadifa. Dan hu dak li qed iwiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u din hi wegħda sinifikanti ħafna.

Dan hu dak li qal l-editorjal tal-ġurnal The Times of Malta f’editorjal li fih tkellmet dwar il-viżjoni ta’ Simon Busuttil.

The Times irreferiet għad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Mass Meeting tal-Indipendenza, u semmiet kif dakinhar Simon busuttil għadda messaġġ b’saħħtu ħafna, dak li jrid jikseb lura l-indipendenza mill-korruzzjoni, l-abbuż u l-inġustizzja.

Dan il-ġurnal semma kif fl-aħħar elezzjoni ġenerali Joseph Muscat rebaħ bl-għajta tal-meritokrazija, l-kontabiltà, it-trasparenza u politika nadifa, madankollu xejn minn dan ma seħħ.

Mhux talli dan ma seħħx talli fi ftit żmien ministru tal-Gvern fetaħ kumpanija fil-Panama u sal-lum Muscat Muscat kiser il-wegħdi tiegħu waħda waħda. Dan kif qed jindikaw is-surveys qed juri kif dawk li fdaw il-Muscat illum qed jaħsbuha darba darbtejn biex jerġgħu jivvutawlu.

The Times tgħid li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun bejn żewġ mexxejja kontrastanti. Wieħed li kellu viżjoni meta ried li Malta tkun membru tal-Unjoni Ewropea u l-ieħor li kien ikkampanja kontra dan il-pass li tant ħalla ġid.

It-Times tgħid li l-elezzjoni ġenerali li jmiss hi elezzjoni li l-iskop ewlieni tagħha għandu jkun li nirrestawraw il-valuri bażiċi tas-soċjetà.