Passiġġieri li kellhom imorru Ruma bl-Air Malta kmieni dalgħodu spiċċaw frustrati wara li l-ħin tat-titjira inbidel. Fil-fatt, it-titjira KM612 li kellha titlaq lejn l-Italja fit-8:35am issa se titlaq fit-3pm. U dan l-arranġament kellu jsir minħabba ħsarat tekniċi fl-ajruplan.
B’konsegwenza ta’ dan, hemm passiġġieri li se jispiċċaw jitilfu t-titjira ta’ konnessjoni minn Ruma lejn id-destinazzjoni finali tagħhom. Hemm ukoll klijenti Għawdxin illi ilhom li telqu mid-dar sa mit-3:30am, u se jispiċċaw jistennew SITT SIGĦAT fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Nies mill-Air Malta qalulna li sa mill-5am bdew javżaw lin-nies. Il-kumpanija offrietilhom biex jibdlu il-biljett tal-ajru, flus bħala kumpens, ikel fl-ajruport stess, filwaqt li min ried jitlaq mill-bini tal-ajruport offrewlhom li jżommuhom infurmati bl-iżviluppi kollha.
//= $special ?>