Lokali

Filmat: Il-Floriana – Il-lokalita’ tassew Ġenna ta’ Ġonna iżda mhux biss

Il-Floriana, magħrufa fost l-aktar għall-Fosos tal-Floriana, fosos li fil-passat kienu ta’ kontribut kbir għall-pajjiż.

Il-Fosos kienu jintuzaw ghall-hazna tal-qamh fi zmienijiet difficli, b’mod partikolari fil-gwerer. Il-Ħadd li ġej waqt is-sitt edizzjoni tal-attivita’ Ġenna ta’ Ġonna fil-Floriana se ssir rapprezentazzjoni ta’ kif kien jittella’ l-qamħ mill-Fosos.

Waqt l-attivita Genna ta’ Gonna, organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Florina il-pubblika qed ikun mistieden iżur il-lokalità tal-Floriana u jesplora dak li l-lokalità toffri.

Dettalji dwar din l-attivita ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ġnien tal-Mall; ġnien li fih għall-ewwel darba se tkun qed issir il-logħba tal-Palla Maglio, il-logħba li għaliha l-Kavallieri ta’ San Ġwnan kienu bnew il-ġnien tal-Mall fil-Floriana. F’Ġenna ta’ Ġonna se jieħdu sehem ukoll l-Inguardia.

Apparti attivitajiet fl-għaxar ġonna tal-Floriana, il-Ħadd il-pubbliku se jkun jista’ jattendi għal diversi attivitajiet oħra fosthom wirjiet fi Triq Sant’Anna, wirja ta’ karrozzi antiki Fuq il-Fosos u se jerġa jinfetaħ ukoll l-istazzjon ta’ taħt l-art tal-ferrovija.

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin f’Ġenna ta’ Ġonna se jkun hemm il-mod kif diversi voluntiera se jżejnu l-Knisja ta’ San Publju b’numru kbir ta’ pjanti.

Aktar fuq din il-link; http://bit.ly/2carfW6

14380069_1429131140450388_7512798638963767422_o