Sentejn ilu, il-Gvern qal li t-traffiku ‘perċezzjoni’, illum Muscat jgħid li “x’jimpurtahom in-nies, jiddeċiduh huma”
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma offra l-ebda soluzzjoni għall-problema tat-traffiku, meta kien qed jiġi mistoqsi dwar dan is-suġġett mill-ġurnalisti.
Muscat insista li mhux lest li jerfa’ r-responsabbiltà dwar il-problema tat-traffiku qabel jingħata l-proset għal affarijiet oħra.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista wiegħed pjan dwar l-immaniġjar tat-traffiku – iżda hu fatt magħruf, anke kif ammetta l-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi stess, li t-traffiku fl-aħħar tlett snin żdied u mhux naqas.
Din hija l-ewwel darba li Muscat tkellem dwar it-traffiku mindu l-Maltin reġgħu bdew jeħlu fit-traffik ta’ kuljum.
Sentejn ilu, il-Gvern kien qal li t-traffiku huwa “perċezzjoni”. Jidher li dik il-pożizzjoni ma nbidlitx, hekk kif skont il-Prim Ministru, “x’jimpurtahom in-nies, jiddeċiduh huma”.
//= $special ?>