Il-Kap tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal li l-Unjoni Ewropea ‘teħtieġ iżżomm sod’ quddiem id-domandi tar-Renju Unit rigward it-termini għat-tluq tiegħu mill-UE.
Meta tkellem waqt konferenza f’Pariġi, Juncker qal li ‘ma jistax ikollok sieq ġewwa u oħra barra’, waqt li wissa li ‘il-Britanniċi qed jissugraw li jkissru dak kollu li nbena tul 60 sena ta’ integrazzjoni Ewropea’. Hu għaldaqstant insista li l-UE teħtieġ ‘tibqa’ b’saħħitha’ meta hu ‘qed jara li Londra tinsab disposta għall-manuvri’.
Ir-rimarki ta’ Juncker kienu immirati għall-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, li din il-ġimgħa qalet li trid ftehim għall-Brexit li joffri pajjiżha ‘il-libertà kollha li jixtieq’ biex ikompli fis-suq komuni tal-Ewropa filwaqt li jżomm kontroll fuq l-immigrazzjoni.
May diġà qalet li se tattiva n-negozjati formali ma’ Brussell għat-tluq tar-Renju Unit mill-UE qabel l-aħħar ta’ Marzu.
//= $special ?>