It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kisbu rebħa storika meta fil-Hibernians Stadium għelbu lil Latvja 1-0 b’gowl fil-bidu tat-tieni taqsima miż-żagħżugħ promettenti ta’ Ħamrun Spartans Jake Grech.
Din ir-rebħa fissret rekord ta’ punti għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena li b’din ir-rebħa tela’ fir-raba’ post u jinsab bi tmien punti fil-klassifika wara li r-rekord preċedenti kien ta’ ħames punti.
Klassifika: Repubblika Ċeka 23 punt, Belġju 18-il punt, Montenegro 16-il punt, Malta 8 punti, Moldova 7 punti, Latvja 6 punti.
//= $special ?>