Il-Pulizija fir-Renju Unit, fil-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt, arrestaw raġel ta’ 21 sena li kien ixxabbat ma’ grada tal-Palazz ta’ Buckingham f’Londra u niżel fl-artijiet tal-palazz mingħajr awtorizzazzjoni.
Ir-raġel, fl-aħħar sigħat, kien qed jgħin fl-investigazzjonijiet ikkonċernati, meta din hi t-tielet darba li persuna ppruva jidħol fl-artijiet tal-palazz mill-bidu tas-sena.
Ir-raġel inżamm taħt arrest wara li rnexxielu jaqbeż għal ġo zona tal-Palazz li hi ristretta għall-pubbliku. Il-Pulizija qalu li r-raġel ma kienx armat iżda xorta mexxew inkjesta intensiva dwar iċ-ċirkustanzi. Jidher, intant, li fil-ħin tad-drama ma kien hemm l-ebda membru tal-Familja Rjali Ingliża preżenti fil-Palazz.
L-aħħar rapporti qalu li r-raġel, identifikat bħala Daniel Sheehan, qed ikun akkużat bi ‘trespassing’ ( preżenza f’post fejn mhux awtorizzat li jidħol). Hu se jitressaq għada quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster, f’Londra.
//= $special ?>