Il-plejer internazzjonali Malti Dino Zammit illejla se jkun parti mill-iskwadra ta’ Vojvodina li se jkunu qed jilagħbu fis-7.00pm kontra PVK Jadran fir-Regional Adriatic League, f’Herceg Novi, il-Montenegro.
PVK Jadran il-ġimgħa l-oħra kienu jinsabu Malta għal rawnd taċ-Champions League fejn rebħu t-tliet partiti tagħhom kontra Arkonia, Steaua Bucharest u s-selezzjoni Maltija li lagħbet taħt l-isem ta’ Valletta bl-iskor ta’ 25-1.
Iż-żgħażagħ l-oħra Andreas Galea u Ben Plumpton li wkoll jinsabu s-Serbja, se jkunu impenjati tliet ġimgħat oħra.
//= $special ?>