Il-websajt tal-Wikileaks kontroversjali ħareġ transcripts ta’ diskorsi privati li għamlet Hillary Clinton, il-kandidat tal-Partit Demokratiku għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Dan wara li Clinton kienet irrifjutat li tippubblika t-transcripts partikulari li jmorru lura għall-2013 u l-2014. Il-leak inkwistjoni, intant, seħħ wara li l-Istati Uniti akkużat lir-Russja dwar attakk ċibernetiku kontra organizzazzjonijiet politiċi bil-ħsieb li (ir-Russi) jinfluwenzaw l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru.
It-transcripts jiżvelaw li Clinton kienet qalet lill-bankiera li huma ‘fl-aħjar pożizzjoni biex jgħinu fir-riforma tas-settur finanzjarju tal-Istati Uniti’. Id-diskorsi jiżvelaw ukoll diskors fejn hi tesprimi ruħha ‘favur il-kummerċ u l-fruntieri miftuħa’ – meta Donald Trump, l-avversarju Repubblikan għall-White House, qal li jrid jinnegozja mill-ġdid xi ftehim kummerċjali ewlenin tal-Istati Uniti.
Is-sostenituri ta’ Trump kienu qed jittamaw li l-Wikileaks seta’ joħroġ ‘sorpriża għal Ottubru’ li, fost oħrajn, tostakola l-ambizzjonijiet Presidenzjali ta’ Clinton.
//= $special ?>