Malta u l-Ingilterra lagħbu kontra xulxin tliet darbiet fl-aħħar 45 sena; darbtejn f’Malta u darba f’Wembley Stadium (l-antik). Waqt il-programm Replay Preview, tal-bieraħ fid-9pm fuq Net Television, il-ġurnalist Christian Micallef ħa ħsieb li jipproduċi dokumentarju riċerkat bl-intervisti mal-protagonisti Maltin li kienu parti mill-istorja ta’ dawn il-partiti.
F’dan is-servizz, l-eks plejers tat-tim nazzjonali Malti, Freddie Mizzi u Anton Camilleri, li lagħbu kontra l-Ingilterra fiż-żewġ partiti kontra l-Ingilterra tal-1971, jgħidu tagħhom dwar iż-żewġ partiti li spiċċaw 1-0 u 5-0 rispettivament, favur l-Ingilterra:
Fit-tieni servizz, Ernest Barry u David Carabott jgħidu r-rakkonti tagħhom ta’ dak li ġara fl-aħħar logħba kontra Malta kontra l-Ingilterra, iġifieri f’Ġunju tas-sena 2000. Dak in-nhar Malta kienet tilfet 2-1 fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’Qali:
Dawn iż-żewġ servizzi xxandru waqt Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.
//= $special ?>