Dan hu l-gowl li permezz tiegħu l-bieraħ filgħaxija t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għeleb lil Latvja 1-0 fil-Hibernians Stadium. L-awtur tal-gowl kien Jake Grech, plejer ta’ Ħamrun Spartans. Filmat miġjub grazzi għall-paġna ta’ Replay fuq Facebook u l-cameraman Paul Spiteri:
F’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni ta’ taħt il-21 sena, Malta taħt it-tmexxija ta’ Silvio Vella dipa’ rebħiet tmien punti. F’Replay t’għada, fid-9:30pm fuq Net Television, se tkun qed tiġi diskussa din il-partita, fost affarijiet oħra.
Ritratt ta’ Domenic Aquilina.