Lokali Sport

Ingilterra vs Malta : “L-Ingliżi se jirbħu 3-0” – hekk qed jingħad mill-bookmakers

Kollox lest biex illejla t-tim Nazzjonali Malti jilgħab kontra t-tim Nazzjonali Ingliż f’Wembley Stadium, f’partita valida mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.

Il-logħba se tintlagħab illejla fis-18:00 u għal din il-partita marru aktar minn 2,400 Malti.

Il-bookmakers qed jagħtu rebħa lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 3-0.

NetNews.com.mt jinsab Londra u se jkompli jżommkom aġġornati.