Ritratti : Mario Frendo
Sewwieq ta’ mutur ta’ 36 sena miet wara li dalgħodu kien involut f’inċident fi Triq Louis Wettinger il-Mellieħa.
Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jirriżulta li s-sewwieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u kellu impatt ma’ crash barrier li hemm fl-istess triq.
Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet is-sewwieq l-isptar Mater Dei, iżda hu miet ftit tal-ħin wara.