Internazzjonali

Diżastru sħiħ f’Haiti

epa05575650 A group of people observes the damage left at a school after the passing of Hurricane Matthew, in Port Salute, Haiti, 07 October 2016. Matthew made landfall in Haiti on 04 October, leaving more than 840 people dead with tens of thousands of homes in ruins, according to preliminary reports. EPA/BAHARE KHODABANDE

F’Haiti ngħata bidu għal tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali wara d-diżastru kbir li ħalla l-Uragan Matthew fejn 90 fil-mija tan-nofsinhar tal-pajjiż hu meqjus li nqered fil-maltemp.
Maltemp li hu stmat ħalla tal-anqas 900 persuna mejta, dan apparti eluf kbar ta’ djar inqerdu u madwar 350,000 persuna fi bżonn ta’ għajnuna immedjata.
Il-maltemp issa wasal fl-Istati Uniti iżda hawn batta fil-qilla tiegħu imma xorta kkawża l-mewt ta’ għaxar persuni. Fl-Istati Uniti, il-maltemp kkawża wkoll għargħar kbar u ħsara fil-bini fi Florida, Georgia u North u South Carolina.