Lokali

Erba’ persuni jweġġgħu f’inċident f’San Ġiljan; tifel ta’ 7 snin fost il-midruba

B’kollox iweġġgħu erba’ persuni; ħadd fil-periklu tal-mewt

Familja bit-tifel ittieħdet l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar fi Triq Ġorġ Borg Olivier meta karozza tat-tip BMW u vann tat-tip Ford kellhom impatt.

Fil-BMW kien hemm raġel ta’ 37 sena li kien qed isuq il-karozza, mara ta’ 35 sena u tifel ta’ 7 snin. Filwaqt li fil-vann kien hemm is-sewwieq, ta’ 26 sena. L-erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ żewġ ambulanzi li marru fuq il-post.

Il-mara u t-tifel ġarrbu ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żewġ sewwieqa tal-karozza u l-vann rispettivament sofrew ġrieħi ħfief.

Għal xi ħin, Triq Ġorġ Borg Olivier kellha tingħalaq għat-traffiku miż-żewġ naħat, fejn b’konsegwenza ta’ hekk, inġema’ ħafna traffiku fl-inħawi.

L-investigazzonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

st julians