Lejliet li fil-Port ta’ Marsaxlokk se jidħol it-tanker ġgantesk b’ħażna kbira ta’ gass, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Mucat ikkompara dan it-tanker ma’ cruise liner u sostna li anki l-cruise lines ikollhom ħażniet ta’ gass fuqhom.
Din id-dikjarazzjoni l-Prim Ministru għamilha fost iċ-ċapċip tal-partitarji Laburisti miġbura fil-Każin tal-PL f’Ħal Balzan. Joseph Muscat iddefenda id-dħul tat-tanker tal-gass fil-Port ta’ Marsaxlokk u qal li m’hemmx għaliex ikun hemm iżda minħabba s-sigurtà għaliex fil-Port Ħieles jidħlu vapuri ikbar minn dan it-tanker li se jkun ikbar minn tliet grounds tal-football. Joseph Muscat qal li bl-argument tal-PN allura n-nies m’għandhomx imorru vaganzi fuq cruise liners minħabba li dawn qed jaqbilu għall-gass.
Dwar il-kwistjoni tas-sigurtà fil-Port ta’ Marsaxlokk issa li se jkun hemm it-tanker tal-gass, il-Prim Ministru qal li se jkun hemm miżuri ta’ sigurtà u qal li l-gass joffri inqas perikli miż-żejt. Il-Mexxej Laburista tkellem dwar l-aspetti ta’ sigurtà mabruta ma’ dan it-tanker u sostna li anki l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jitolbu iktar flus biex joffru polza fuq prodotti ta’ żejt milli fuq dawk marbuta mal-gass.
Il-Prim Ministru Muscat tkellem ukoll dwar it-traffiku sostna li r-raġuni wara l-problemi tat-traffiku fit-toroq Maltin ġejja mill-fatt li fl-aħħar tliet snin ħdiedu l-impjiegi, iktar nisa qed joħorġu jaħdmu, iktar studenti qed imorru l-univerisà u qed jiġu Malta iktar turisti minn qabel. Bħala soluzzjonijiet għal din il-problema l-Prim Ministru qal li se terġa’ tinfetaħ it-triq minn Baċir 7 biex jitnaqqas it-traffiku fin-naħa t-isfel ta’ Malta. Hu qla li biex tissolva l-problema tat-traffiku jrid ikun hemm ideat ġodda.
//= $special ?>