Internazzjonali

Rabja wara l-attakk bin-nar fuq Pulizija f’Pariġi

Uffiċjali Franċiżi qalu li wieħed mill-Pulizija li safa mira ta’ attakk b’bombi tan-nar kien f’xifer il-mewt.
Dan hekk kif hemm rabja kbira fi Franza għall-attakk ta’ nhar is-Sibt fuq grupp ta’ Pulizija li kienu fuq ronda ta’ għassa f’subborġ ta’ Pariġi. Fl-attakk, żewġ pulizija li kienu fuq ronda ta’ għassa f’Viry-Châtillon, kienu attakkati b’bombi tal-petrol. Hekk kif ronda oħra marret biex tgħinhom, dawn ukoll sfaw fil-mira minn folla ta’ madwar 40 persuna. Iżda l-Pulizija fl-ewwel attakk, tant kienu midruba serjament li għall-ewwel ma setgħux jinġarru l-isptar u kellhom ikunu mdewwija fil-post.
Iz-zona fejn seħħ l-attakk hi magħruf għall-kriminalita li fiha u fil-passat kien hemm konfronti mal-Pulizija minnj traffikanti tad-droga wara li l-awtoritajiet ppruvaw jinstallaw is-security cameras fil-post.