Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar minn karozza

Raġel ta’ 41 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fir-Rabat.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija, għall-ħabta tat-8.30 ta’ filgħaxija fil-limiti ta’ Santa Katerina meta karozza tat-tip Subaru Justy tajret lir-raġel.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 33 sena u li toqgħod ix-Xgħajra, li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura. Ir-raġel li ttajar għandu 41 sena u joqgħod Ħaż-Żabbar. Hu ttieħed l-isptar għall-kura b’ambulanza fejn hemmek kien ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar l-inċident qed issir inkjesta Maġisterjali, maħtura mill-Maġistrat Josette Demicoli. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.