Lokali

Serqa oħra minn każin tal-PN – din id-darba l-każin ta’ Santa Venera (Fleur de Lys)

Dalgħodu sar magħruf li matul il-lejl li għadda xi persuni daħlu fil-każin tal-PN fi Fleur De Lys, Santa Venera, bl-intenzjoni li jisirqu.

Hekk kif uffiċjali ndunaw b’dan, mill-ewwel sar kuntatt mal-Pulizija, li marru fuq il-post biex jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

Din hi t-tielet serqa minn każin tal-PN f’temp ta’ ftit ġimgħat. Dan hekk kif l-ewwel insteraq il-każin ta’ Ħal Tarxien u ftit ġimgħat wara l-każin ta’ Marsaskala.