“Kif kulħadd stenna, fil-gazzetti ta’ dalgħodu, minbarra l-aħbar tal-wasla tal-monument tal-korruzzjoni fil-bajja ta’ Marsaxlokk, hemm id-devjazzjoni ta’ Kastilja bil-ħsieb li n-nies flok ikomplu jitkellmu fuq ir-riskji kollha li ġab miegħu t-tanker tal-gass – kif filfatt qed jagħmlu – jitkellmu dwar xi ħaġa oħra – tkun xi tkun.”
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-istorja li qed tintuża bħala devjazzjoni minn Kastilja hija storja mġebbda u bla bażi, ntiża biss biex tiprova, għal darb’oħra, tħammeġ l-integrità tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
L-istqarrija tispjega li kif anke ntqal fil-Maltatoday, Beppe Fenech Adami, fl-ebda ħin, qabel ilbieraħ waranofsinhar, ma kien qatt jaf jew infurmat b’xi investigazzjoni dwar il-kumpanija msemmija. Għaldaqstant, Beppe Fenech Adami bl-ebda mod ma seta’ jkun jaf b’dawn l-investigazzjonijiet. Beppe Fenech Adami ilu li rriżenja mill-kumpanija msemmija fl-istorja kważi tliet snin.
Li kieku l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami huma veri, kieku l-erba’ Kummissarji tal-Pulizija ta’ Joseph Muscat, żgur li kienu jagħmlu xi ħaġa. Iżda dan kollu ma seħħx. Il-Partit Nazzjonalista qal li l-mistoqsija tkun jekk vera hemm xi ħaġa, għaliex il-Gvern ta’ Muscat ma għamel xejn?
Issa l-logħba ta’ Muscat – li meta jkun taħt pressjoni, jara x’se jivvinta biex jiprova jdawwar id-diskors – draha kulħadd. U wara ġimgħa jaħrab lill-ġurnalisti u joħroġ mill-bibien tal-emerġenza, ried jara x’se jivvinta biex jiddevja l-attenzjoni. Għal darb’oħra, ħadd mhu jemmen il-qerq ta’ Muscat, kompla jgħid il-Partit Nazzjonalista.
Din hija t-tip ta’ politika maħmuġa li Muscat ilu jilgħab minn kemm ilu fil-politika, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>