Lokali

“Grazzi lill-ġirien, evitaw traġedja!” – residenti ta’ blokka appartamenti f’Ħ’Attard li nħakmet min-nar

Residenti ta’ blokka ta’ appartamenti tal-Gvern jgħodduha b’waħda wara li għall-ħabta tas-2.00am, żviluppa nar f’komun ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq l-Imsaġar, f’Ħ’Attard.

Aktarx li n-nar beda minn ħsara li nqalgħet fl-arloġġi tad-dawl tal-istess appartamenti, b’residenti tal-istess blokka jispjegawlna li mnalla kienu l-ġirien li rrapurtaw immedjatament.

“Konna reqdin, imma malli qomt bdejt nisma’ l-ħsejjes u kif ittawwalt, anra l-parti kollha tal-komun fjamma waħda,” spjegatilna residenta waqt li ġurnalisti ta’ dan is-sit marru fil-post.

L-istess residenta spjegatilna li kieku għadda ftit iktar ħin, is-sitwazzjoni setgħet tkun agħar anke għaliex in-nar kien diġa’ laħaq il-bieb ta’ barra tar-residenza tagħha. “Kif rajt hekk ħriġt ngħajjat għall-ajjut fil-gallarija u mill-ewwel ħarġu xi ġirien li ċemplu lill-membri tas-salvataġġ.”

Fuq il-post immedjatament issejhu membri tal-Protezzjoni Ċivili, li kkontrollaw in-nirien, kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija u wkoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Fuq il-post, evidenti l-ħsara kkawżata min-nar u n-nugrufun, b’numru ta’ oġġetti maħruġa fil-parapett, u bir-residenti li kellhom bżonn li l-awtoritajiet ituhom mill-ġdid il-provvista tal-ilma u d-dawl.

Hruq Appartamenti Attard-6

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, għalkemm ufficjali tal-Pulizija li kienu preżenti kellhom jingħataw il-kura għad-duħħan li belgħu. Huma ġew rilaxxati ftit tal-ħin wara. L-istess għal resident ieħor li wkoll kellu bżonn il-kura minħabba d-duħħan.

Iżda sfortunatament, waqt li kien qed jiġri dan kollu inqala’ inċident ieħor, bl-istess ambulanza li kienet fil-post għal xi raġuni tispiċċa tibqa’ dieħla b’lura f’faċċata ta’ garaxxijiet li jinsabu fl-istess triq. Dan bil-konsegwenza li saret ħsara kemm fuq wara tal-ambulanza kif ukoll fil-propjeta’.

14627690_10154553529333582_1906057819_n14627693_10154553529388582_39383497_n