Il-Gvern għandu aġenda parlamentari sad-9 ta’ Novembru 2016 biss
Fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra li ltaqa’ llum waranofsinhar, il-membri tal-Oppożizzjoni insistew mal-Gvern li kemm jista’ jkun malajr issir id-diksussjoni fuq il-mozzjoni tal-istess Oppożizzjoni favur il-vot lil żgħażagħ ta’ 16-il sena. Il-Gvern oġġezzjona għal din il-proposta.
Propju ftit siegħat qabel tibda l-ewwel seduta tal-parlament wara l-vaganzi tas-sajf il-Gvern laqqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra li fih saret diskussjoni dwar ix-xogħol tal-Kamra, kif propost mill-Gvern. Il-Gvern kien rappreżentant mill-Whip Godfrey Frarugia, mill-Ministru Chris Cardona u mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis waqt li l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Whip David Agius u mill-Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlamnet Maario de Marco. Il-Kumitat kien presedut mill-Ispeaker Anġlu Frarugia.
Dwar ix-xogħol tal-Kamra l-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia qal li hu tkellem ma’ David Agius tliet ijiem fejn sar ftehim dwar l-aġenda ta’ din il-ġimgħa li se tinkludi wkoll mozzjoni mressqa mix-Shadow Minister Jason Azzopardi fost xogħol ieħor.
Għada se jkun hemm stqarrija ministerjali mill-Ministeru Jose Herrera dwar ir-Ratifika ta’ Parigi dwar il-Bidla fil-Klima u tkompli d-diskussjoni dwar il-Konveznjoni tad-Diżabbiltà. L-Erbgha se tibda liġi ġdida dwar ir-reġistrazzjoni tal-ajruplani. Fis-17 ta’ Ottubru 2016 se jsir id-diskors tal-baġit, fit-18 ta’ Ottubru 2016 se ssir diskussjoni dwar l-orjentazzjoni sesswali u fid-19 ta’ Ottubru 2016 se ssir direttiva dwar il-ħasil tal-flus. Fl-24 ta’ Otturbu 2016 se jsir id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-għada ssir ir-risposta tal-Prim Ministru.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius qal li l-Oppożizzjoni talbet diskussjoni dwar il-Vot 16 fit-18 ta’ Ottubru 2016 waqt li fl-aġenda tal-Gvern m’hemm l-ebda diskussjoni dwar l-erba’ mozzjonijiet tal-Oppożizzjoni. Hu qal li l-Oppożizzjoni għandha dritt għall-ġurnata tagħha u l-Gvern għandu jispjega l-pożizzjoni tiegħu minħabba li jidher li l-Gvern mhux qed jipproponi ġurnata għax-xoghol tal-Oppożizzjoni.
Il-Viċi-Kap tal-PN għal-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni qed titlob dibattitu fuq waħda mill-mozzjonijiet tagħha, li wkoll għandha tingħata prijorità. Hu sostna li din għandha tiddaħħal fl-iskeda tax-xogħol tal-Gvern.
Godfrey Farrugia qal li fil-fatt tressqu 43 mozzjoni privata fil-parlament u sostna li l-iskeda tal-Gvern hi waħda ta’ xahar. Din hi skeda miżgħuda b’diskussjoni marbuta mal-baġit, hi kompatta u ma fiha kienx hemm lokal li tiddaħħal mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Hu sostna li l-ġurnata tal-Ħamis hi tal-Gvern; li għandu d-drittijiet tiegħu iżda l-parlament m’għandux jitbgħabba b’iktar xogħol. Il-Gvern għandu tliet xhur biex jiddeċiedi dwar il-Ħamis.
Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco ppropona li wara l-iskeda tad-9 ta’ Novembru 2016, l-Oppożizzjoni tingħata ġurnata għal mozzjni tagħha. Il-Whip tal-Gvern m’aċċettax din il-proposta u sostna li hu bikri biex jiddeċiedi meta tista’ issir mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Mario de Marco qal li dan juri li l-Gvern għad m’għandux progamm għal wara d-9 ta’ Novembru 2016 b’Godfrey Farrugia jwieġeb li l-aġenda tal-Gvern għad ma kinitx studjata u preparata sew biex titressaq.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-aspettativa tal-Oppożizzjoni intlaqħet u jidher li l-aġenda m’hix kontestata. Il-Gvern bħalissa għandu pussess tax-xhur li jinċitawh bil-liġi u l-Oppożizzjoni se tkun qed tingħata l-ġurnata tagħha.
Mario de Marco qal li l-ġurnata tal-Ħamis minn dejjem kienet teżisti għad-dibattitu u dejjem instab konsenus biex isir xogħol tal-Oppożizzjoni bla ma kien hemm ħtieġa li l-parlament jirrikorri għall-Ħamis. Hu appella biex tinstab soluzzjoni u sostna li l-proposta tal-Gvern fil-fatt hi li l-parlament jistenna tliet xhur biex jiddiskuti mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Godfrey Farrugia qal li l-iskeda hi dik li hi iżda lest li jiltaqa’ mal-Oppożizzjoni qabel id-9 ta’ Novembru 2016.
David Agius ppropona li l-mozzjoni dwar il-Vot 16 għandha tkun diskussa u tiddaħħal fl-aġenda tal-parlament fit-18 ta’ Ottubru 2016 iżda Godfrey Farrugia qal li l-aġenda hi dik li hi u hi mimlija, fosthom fit-18 ta’ Ottubru 2016. Agius sostna li l-Oppożizzjoni m’hix qed taqbel mal-aġenda proposta mill-Gvern.
Godfrey Farrugia qal f’dan ix-xahar hemm numru fenominali ta’ seduti u fejn il-Gvern għandu affarijiet importanti għalkemm xorta qed jagħti importanti lid-diskussjoni dwar il-Vot 16.
Il-Kumitat qabel li jsir Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra qabel id-9 ta’ Novembru 2016 u li jsiru diskussjonijiet informali bejn iż-żewġ whips.
L-Ispeaker tkellem dwar ix-xandir tad-diskors tal-baġit fejn kien hemm ħsieb li l-PBS ma jidħolx fil-Kamra jiffilmja iżda li din tixxandar fuq it-televiżjoni tal-parlament. Il-PBS oġġezzjona għal din il-pożizzjoni. Hu qal li l-cameras tal-parlament mhumiex attrezzati biżżejjed għall-istazzjon tal-parlament. Il-Ministru Chris Cardona u l-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco qablu li l-baġit jixxandar fuq il-PBS. Il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius qal li l-istazzjon tal-Parlament għandu jkun adegwat biżżejjed biex ixandar kif meħtieġ u enfażizza l-importanza li l-PBS jgħin biex itejjeb ix-xandir tal-istazzjon tal-parlament iżda mhux li jitneħħa d-dritt tal-istazzjon tal-parlament li jxandar is-seduti.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis tkellem dwar l-importanza li jkun hemm titjieb fl-istazzjon tal-Parlament biex ma jkunx hemm ħtieġa ta’ nies barranin li jidħlu fil-parlament. Il-Ministru Chris Cardona qal li l-parlament għadu fi stat bikri biex il-baġit ma jibqax jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-liċenzja għax-xandir mill-istazzjon tal-parlament ħarġet f’isem is-Sedja mill-Awtorita tax-Xandir. Hu tkellem dwar id-dimensjoni parlamenti tul il-presidenza fejn se jsiru diveri attivitajiet


