Se jlaqqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra propju ftit siegħat biss qabel jerġa’ jiftaħ il-parlament
Il-Gvern se jlaqqa l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra propju ftit siegħat biss qabel l-ewwel seduta tal-parlament li se jiltaqa’ llum fis-6 pm.
Dan ifisser li l-Gvern għadu ma kkomunikax il-pjanijiet tiegħu dwar ix-xogħol tal-Kamra lill-Oppożizzjoni u ħalla sal-aħħar ġranet biex ilaqqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra. F’kummenti l-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius espriema d-diżappunt tal-Opożizzjoni li kuntrarjament għal dak li kien jiġri fil-passaat, il-Gvern għadu ma kkomunikax l-aġenda tiegħu.
David Agius sostna li minkejja x-xahrjen ta’ waqfien tal-parlament, il-gvern ma ħassx li kellu jlaqqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra qabel jiltaqa’ l-parlament.
Din hi strateġija tal-gvern fil-konfront tal-Oppożizzjoni. Kritika oħra tal-Oppożizzjoni hi li nhar is-17 ta’ Ottubru, jiġifieri bħal llum ġimgħa, il-Gvern se jressaq il-baġit iżda anki hawn il-gvern għadu ma għaddietx il-programm tiegħu dwar ix-xogħol tal-Kamra fid-diskussjoni dwar il-baġit. David Agius sostna li dan kollu juri kemm il-gvern mhux ippreparat.
//= $special ?>

