Il-Pulizija Ġermaniża arrestat lil Jaber al-Bakr, (ritratt) is-Sirjan imfittex għaliex issuspettat li kien f’xifer li jwettaq attakk terroristiku, aktarx fl-ajruport internazzjonali ta’ Berlin.
Bakr kien arrestat f’appartament f’Leipzig wara li raġel ieħor Sirjan ċempel lill-Pulizija biex imorru jiġbru lil Bakr li kien rabtu meta mar għandu jitlob għall-kenn.
Waqt li l-Pulizija kienu qed jagħmlu r-rejd fl-appartament ta’ Bakr f’Chemnitz, dan irnexxielu jaħrab. Il-Pulizija qalet li kollox qed jindika li Bakr kellu rabtiet mal-ISIS. L-uffiċjali żiedu li hu kellu ċinturin bl-isplussivi għal attakk terroristiku kważi lest. Intqal li l-isplussivi kienu tat-tip TATP, l-istess splussiv li ntuża fl-attakki ta’ sena ilu f’Pariġi u f’Marzu fi Brussell.
Jinqabad it-terrorista mfittex fil-ġermanja
