Lokali

L-Editorjal ta’ The Malta Independent jitratta d-devjazzjoni mit-tanker tal-gass li qed joħloq il-Gvern.

Hija kumbinazzjoni li fl-istess waqt li l-pajjiz kien qed jitkellem, jiddiskuti t-tanker tal-gass, il-MaltaToday toħroġ bi storja dwar Beppe Fenech Adami.

L-editorjal jinnota kif ftit wara li kienet żvelata din l-istorja, il-Prim Ministru ħatar inkjesta. The Malta Independent titkellem li dan kollu qed jiġri f’pajjiż fejn il-membri tal-ġudikatura huma appuntati mill-gvern, u dawk appuntati kienu parti mill-istess partit fil-Gvern.

L-editorjal tal-ġurnal jiddeskrivi li s-sistema tal-ġustizzja li qed tintuża tixbaħ lil dik ta’ pajjiżi komunisti tal-Lvant tal-Ewropa.

L-editorjal ta’ The Malta Independent jispjega kif is-sors tal-istorja tal-Malta Today jista jkun il-Gvern stess, li hu l-istess awtorita li ghandu s-saħħa jaħtar investigazzjoni, jagħżel il-membri tal-ġudikatura u dawn għandhom il-poter li jsibu il-persuna ħatja fuq l-akkużi kollha.

Tha Malta independent jgħid li ma hemm xejn xi jżomm il-Gvern milli jkompli b’dan il-mod imma qed ngħixu f’dinja hemm qrati bħal dak tad-drittijiet tal-bniedem li jista’ jevalwa din is-sitwazzjoni.

Il-ġurnal jgħid li qed jiġru ħafna kumbinazzjonijiet fosthom ukoll il-mod kif l-eks kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, qed ifittex b’libell kriminali lill-editur ta’ The Malta Independent on Sunday kumbinazzjoni ftit jiem qabel il-Parlament ineħħi il-libell kriminali mil-liġi Maltija.