Parlament

1,337 jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol mhux għax sabu xogħol

Skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju 2016, kien hemm 1,877 persuna li sabu xogħol filwaqt li 1,337 persuna nqatgħu mir-reġistru, mhux għax sabu xogħol.

Dan jirriżulta minn tweġiba mogħtija fil-parlamnet mill-Ministru Evarist Bartolo għal mistoqsija Parlamentari tal-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlamnet Mario de Marco li staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jgħid kemm mill-5,209 persuna li kienu qiegħda f’Ġunju tal-2015 inqatgħu mir-Reġistru tax-Xogħol għax sabu xogħol u kemm inqatgħu mir-Reġistru, mhux għax sabu xogħol. Fil-każ tal-aħħar, x’kienet ir-raġuni li waslet għal qtugħ mir-reġistru.

Il-Ministru Bartolo wieġed lili skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju 2016, kien hemm 1,877 persuna li sabu xogħol filwaqt li 1,337 persuna nqatgħu mir-reġistru, mhux għax sabu xogħol. Jirriżulta li fost l-oħrajn kien hemm 1,026 li ma żammewx mal-kundizzjonijiet tar-reġistru tal-persuni qiegħda mingħajr ma taw raġuni,120  kienu mqtugħa wara li rrifjuta kors ta’ taħriġ jew nstab jaħdem waqt li kien qed jirreġistra u 64 kienu impjegati iżda Jobsplus ma rċevewx il-formola tal-ingaġġ tagħhom.