Clifton Grima, is-CEO tal-Isptar Monte Karmeli u kandidat tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, ġie elett f’elezzjoni każwali biex jimla’ l-post ta’ Leo Brincat, li rriżenja mill-Kamra tad-Deputati malli ngħata l-kariga fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, u meta ma kienx elett fil-Parlament, Clifton Grima ngħata l-kariga b’political appointment. Issa hu mistenni jibqa’ jżomm din il-kariga, hekk kif se jkun parti mill-‘backbench’ tal-Gvern.
Fl-elezzjoni każwali li saret dalgħodu, Clifton Grima laħaq il-kwota meħtieġa ta’ 1,877 vot fl-ewwel għadd. Hu għeleb l-isfida ta’ Simon Saliba, Manwel Micallef u Nikita Zammit Alamango.
//= $special ?>
