Futbol

Fil-partita tal-lejla kontra l-Litwanja Andre’ Schembri mhux se jkun bil-faxxa ta’ captain

Andre’ Schembri, li fl-aħħar żewġ partiti kien il-captain tat-tim nazzjonali Malti, illejla fil-partita li t-tim nazzjonai Malti għandu kontra l-Litwanja mhux se jkun bil-faxxa ta’ captain, iżda minflok il-captain se jkun Michael Mifsud.

Id-deċiżjoni li Schembri tneħħa minn captain ġejja jumejn wara li xxandru kummenti tiegħu wara l-partita kontra l-Ingilterra jikkritika l-MFA.

Fil-partita tal-lejla se jkun hemm tliet bidliet oħra, se jinqalgħu Ryan Camilleri, Alfred Effiong u Alex Muscat (minħabba li reġa’ sar missier) u minflok se jidħlu Jonathan Caruana, Joseph Zerafa u Michael Mifsud.

Dawn kienu l-kummenti li għadda Andre’ Schembri wara l-partita kontra l-Ingilterra.