Lokali

Filmat – Fil-Gudja; Tagħmel ftit xita u t-triq tegħreq

Ir-residenti tal-Gudja li tkellmu ma’ Net News spjegaw kif jista’ jkun li din it-Triq għadu kemm sar xogħol fiha iżda xorta waħda kull darba li tagħmel ftit tax-xita ammont kbir ta’ ilma jinġabar fiha.

Jirriżulta li dan l-aħħar il-Kunsill Lokali tal-Gudja għamel xogħol asfaltar fi Triq Birzebbugia. Iżda dwar dan ix-xogħol għaddejja investigazzjoni minn naħa tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Dan għaliex il-livell tat-triq inbidel iżda s’issa għad mhux magħruf min ta l-awtorizazzjoni biex il-livell tat-triq jinbidel u li kawża t’hekk minħabba x-xita t-triq tispiċċa mgħarrqa bl-ilma.

Skont l-informazzjoni li għandu Net News meta saru x-xogħolijiet il-livell tat-triq inbidel minn wara dahar il-Kunsill Lokali bir-residenti tal-Gudja jistaqsu jekk din id-deċiżjoni kinitx tas-Sindku John Mary Calleja jew tad-ditta tal-Periti tad-Deputat Laburista Charlie Buhagia li kienet responsabbli mill-proġett ta’ Triq Birzebbugia, l-Gudja.

Ir-residenti tal-Gudja qed jistaqsu għaliex meta suppost ikun sar xogħol biex il-lokalita’ tkun aħjar tispiċċa biex tiġi agħar. Kien hawn fejn dawk li kkuntajtjaw lil Net News staqsew jekk il-fondi tal-Kunsill Lokali tal-Gudja hux qed jintużaw sew.