Lokali

FILMAT: Ma jikkommettix ruħu dwar il-proposta tal-PN li l-anzjani jingħataw il-mediċini kollha b’xejn

Il-Ministru responsabbli mis-solidarjetà soċjali Michael Farrugia ma jridx jikkommetti ruħu li jwettaq il-proposta tal-Partit Nazzjonalista li l-anzjani jingħataw il-mediċini kollha b’xejn.

Id-dokument ta’ qabel il-budget preżentat mill-Partit Nazzjonalista fih 91 proposta mmirati biex il-poplu jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar. Fost dawn, hemm il-proposta li l-anzjani jingħataw il-mediċini kollha b’xejn.

Iżda f’kummenti ma’ NETnews, il-Ministru Michael Farrugia ma kkommettiex ruħu li jwettaq din il-proposta. Anzi qal li l-ewwel irid jagħmel ‘feasibility study’ – jiġifieri studju dwar jekk għandux jgħin lill-anzjani jew le.

Il-Ministru ftaħar li l-Gvern jisma’ l-proposti, iżda ma kkommettiex ruħu li fil-budget li jmiss, iwettaq din il-proposta.