Hekk kif illum Malta tilgħab kontra l-Litwanja barra minn xtutna fit-tielet partita mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja. Sal-lum, dawn iż-żewġ pajjiżi iltaqgħu kontra xulxin xejn inqas minn tliet darbiet u kien hemm riżultat fuq kull naħa u draw fl-ewwel partita bejn it-tnejn. Interessanti l-fatt li l-partita tal-lejla se tkun l-ewwel waħda kompetittiva filwaqt li l-aħħar logħba, dik ta’ Ġunju tal-2015, intemmet f’rebħa ta’ 2-0 għall-Maltin.
F’Replay ta’ nhar il-Ħadd li għadda, kien hemm servizz interessanti ta’ Christian Micallef li ta ħarsa lejn il-konfronti preċidenti bejn Malta u l-Litwanja.
Għal aktar informazzjoni dwar il-futbol lokali żuru l-Facebook Page tal-programm Replay.
//= $special ?>