Lokali

L-Ambaxxatriċi Amerikana tgħin fit-tindif tal-kosta tal-Qawra : Jinġabru 277kg ta’ skart

F’inizjattiva mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta, voluntiera ġabru 277 kg skart, inkuż 162 kilo ta’ materjal riċiklabbli u 115 kilo ta’ skart ieħor miż-żona tal-madwar u minn qiegħ il-baħar.

L-attivita’ kienet organizzata mill-Ambaxxata Amerikana għal Malta flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, mal-Akwarju Nazzjonali u bis-sehem anke ta’ diversi għaqdiet ambjentali.

L-attivita’ ffukat ma’ parti mill-kosta tal-Qawra, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Fra Ben, żona li normalment hi ffrekwentata minn bosta turisti imma anke mill-Maltin.

Fl-attivita’ pparteċipat l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Catherine Hill kif ukoll is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea.i

F’messagg tal-okkazjoni ntqal li l-ambjent mhux tagħna biss imma jappartjeni wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. Għalhekk aħna fid-dmir li nibżgħu għalih biex fl-istess ħin inkunu nistgħu ingawduh aħna wkoll.

cleanup us embassy