Il-Gvern ma jweġibx il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni
L-Opożizzjoni lljela ħarġet mill-parlament wara li l-Ministru Konrad Mizzi qam biex jitkellem u jispjega d-dettalji dwar it-tanker tal-gass u l-aspteti ambjentali u ta’ sigurtà marbuta miegħu.
Minkejja li f’din is-seduta tkellem kemm il-Ministru Mizzi kif ukoll il-Ministru Jose Herrera, l-esponenti tal-Gvern ma wieġbux għall-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.
Is-seduta kienet qed tiddiskuti r-ratifikazzjoni ttat-Trattat ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima fejn il-Ministru Herrera tkellem dwar il-politika tal-Gvern biex jintaqqsu l-emissjonijiet. Fis-seduta diversi kelliema tal-Oppożizzjoni għamlu numru ta’ mistoqsijiet lill-Gvern; liema mistoqsijiet baqgħu mhux imwieġba. Fost dawn il-mistoqsijiet kien hemm dawk dwar is-sigurtà, il-permessi meħtieġa dwar it-tnaker li għandhom mhux approvati u n-nuqas ta’ konsultazzjoni li mexa biha l-Gvern. Dan wara li t-tanker daħal fil-Bajja ta’ Marsaxlxokk mingħajr ma kienu approvati l-proċessi meħtieġa.
Il-Ministru Jose Herrera evita li jwieġeb dawn il-mistqosijiet u qal li kien se jkun il-Ministru Konrad Mizzi li se jwieġeeb warajh. Għal dan oġġezzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busutttil li qal li l-Ministru responsabbli mill-enerġija hu l-Prim Ministru u għalhekk għandu jkun il-Prim Ministru li jwieġeb. Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni toġġezzjona li jkun il-Ministru Konrad Mizzi, il-ministru inovlut fl-iskandlu tal-Panama li jwieġeb flok il-Prim Ministru. Minkejja din l-oġġezzjoni l-Ministru Mizzi qam iwieġeb u minkejja li ma wieġeb xejn minn dak li staqite l-Oppożizzjoni ikkummenta li l-ERA kienet se tippubblika d-dokumenti relatati mat-tanker tal-gass.
Intant il-PN fi stqarrija qal li Joseph Muscat qed jiprova jgħatti l-iskandlu tal-Panama billi jibgħat lill-Konrad Mizzi – suppost Ministru bla portafoll iżda għadu Ministru tal-Enerġija – biex jitkellem fil-Parlament qisu xejn mhu xejn. Muscat sejjer żball, għax il-poplu Malti u Għawdxi għadu rrabjat għalih għall-fatt li flok keċċa lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, iddefendihom u lil wieħed tah promotion.
Jekk iħoss li għandu jitkellem, Konrad Mizzi għandu jwieġeb mistoqsija waħda xi jwieġeb: minn fejn kien se jġib il-miljuni biex jitfagħhom fil-kumpanija sigrieta fil-Panama.
Konrad Mizzi hu responsabbli mid-deals kollha li dan il-Gvern qed iżomm moħbija: id-deal mas-SOCAR dwar ix-xiri taż-żejt, il-privatizzazzjoni tal-Enemalta, il-bejgħ tal-Power Station tal-BWSC, il-privatizzazzjoni tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, id-deal tal-Power Station il-ġdida, kif ukoll id-deal tat-tanker tal-gass li daħal ilbieraħ fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
//= $special ?>