L-Għaqda Studenti Demokristjani Maltin l-SDM nediet ir-raba’ edizzjoni ta’ ‘Project 7000′ waqt attivita’ quddiem il-Junior College li għaliha attendiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u numru kbir ta’ studenti tal-Junior College.
Din is-sena dan il-proġett se jkun fih skop ieħor minbarra dak li jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Fl-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu nġabru fondi b’risq il-kampanja L-Istrina u s-sena li għaddiet nġabru fondi b’risq seba’ għaqdiet filantropiċi fosthom Puttinu Cares u Caritas Malta.
Il-President ta’ Malta irringrazzjat lil SDM għal din l-inizjattiva li ssir kull sena u qalet li din hi prova kemm iż-żgħażagħ lesti jaħsbu f’ħaddiehor. Hi qalet li dawn iż-żgħażagħ huma l-attivisti tal-llum u l-mexxejja ta’ għada li jridu jibqgħu qrib in-nies u jaħsbu f’dawn li huma fil-bżonn.
Il-President qalet li għalkemm il-flus huma importanti, iż-żgħażagħ abbinaw din l-inizjattiva mal-ħidma volontarja taż-żgħażagħ fis-soċjeta’.
//= $special ?>

